idjoma
Fil-kliem
jgħix il-ħsieb
x’inhi idjoma?
Idjoma hija espressjoni jew frażi li t-tifsira tagħha ma tiftihemx jekk neħduha b'mod litterali biss. It-tifsira vera tagħha hija figurattiva u tingħata l-ħajja bil-mod kif nużawha fil-lingwa fil-ħajja ta’ kuljum. B’hekk, l-idjoma ssir parti mill-wirt u mill-immaġinazzjoni ta’ poplu: kliem sempliċi li, meta jingħaqad flimkien, jiftaħ tieqa żgħira fuq tifsira aktar profonda mill-kliem innifsu. Permezz tal-idjomi, il-Malti jilħaq il-milja tal-espressività tiegħu: il-kliem ma jibqax jirrifletti biss dak li jidher fil-wiċċ, iżda jistedinna nogħdsu fil-fond u nesploraw it-teżor moħbi f'qiegħ l-oċean lingwistiku.
skopri. aqra. ftakar.
l-idjoma tax-xahar
l-idjoma
tax-xahar
trid seba’ għajnejn biex tħares lejh
Huwa oġġett tant sabiħ li trid tħares lejh fit-tul u bir-reqqa.